Fenerbache wara Diego Perotti

Il-club li jilgħab fis-Super League Torka, Fenerbache, kitbu uffiċjalment lil AS Roma għall-akkwist tal-attakkant Diego Perotti. Dan tal-aħħar għandu 32 sena u kapaċi jilgħab ukoll bħala winger.

Jidher li Roma mistennija jilħqu ftehim mat-tim Tork u jridu s-somma ta’ €2.5 miljun għalih. Il-player jieħu salarju tajjeb mingħand il-Giallorossi u għalhekk it-trasferiment tiegħu lejn Sukru Saracoglu Stadium se jkun qed jiffrankalhom miljuni ta’ ewro fis-sena.

Perotti mar jilgħab fil-belt kapitali Taljana fis-sena 2016 u nxtara mingħand Genoa. Huwa lagħab 91 partita u skorja 23 goal.

Fil-passat hu lagħab ukoll ma’ Deportivo Moron, Seville u Boca Juniors.

Share With: