Fernando Llorente ma’ Inter?

Sar magħruf li Inter qed ifittxu attakkant ieħor li jista’ jkun is-sostitut ta’ Romelu Lukaku li normalment dejjem jibda mal-ewwel ħdax tal-coach Antonio Conte. Madankollu l-coach Interist huwa konxju li l-player Belġjan ma jistax jilgħab il-logħbiet kollha u kien għalhekk li informa lid-diriġenti tiegħu sabiex jaħsbu għal skorer prolifiku ieħor.

F’dan ir-rigward qed jissemma’ l-attakkant ta’ Napoli, Fernando Llorente, li jidher ideali biex ikun it-tieni għażla ta’ Conte. Il-player veteran Spanjol diġá kellu ċ-ċans ikun taħt il-gwida tal-coach Conte u jinsab kważi barra mill-pjani tal-coach ta’ Napoli, Gennaro Gattuso. 

Llorente lagħab ma’ diversi clubs matul il-karriera tiegħu fosthom Athletic Bilbao, Juventus, Seville, Swansea City u Tottenham Hotspur.

Share With: