Fikayo Tomori viċin Everton

Everton huma pass bogħod biex jiksbu b’self lid-difensur ċentrali ta’ Chelsea, Fikayo Tomori. Huwa għandu 22 sena u qed jipprova jġib l-esperjenza ta’ logħob regolari meta f’dawn l-aħħar snin kien misluf lil diversi clubs. Fil-fatt Tomori ngħaqad mal-Blues fis-sena 2016 iżda lagħab biss 16-il partita u skorja goal wieħed.

Tomori kien misluf lil Brighton, Hull City u Derby Country. Issa jidher li se jkun qed jgħaddi r-raba’ esperjenza konsekuttiva ta’ self mat-Toffees. Il-coach ta’ Everton Carlo Ancelotti laqa’ bil-ferħa din l-aħbar hekk kif qed jara lid-diriġenti tiegħu li qed jirsistu qatigħ sabiex ikollu skwadra kompetittiva għall-istaġun li ġej.

Share With: