Fiorentina jitħajru għal Giacomo Bonaventura

Fiorentina tilfu l-interess fil-player ta’ nofs il-ground ta’ Arsenal, Lucas Torreira, biex se jmorru għall-midfielder ta’ AC Milan, Giacomo Bonaventura. Dan tal-aħħar ma jinsabx fil-pjani tal-coach Stefano Pioli u d-diriġenti tal-club tawh parir biex ifittex avventura x’imkien ieħor.

Sadanittant id-diriġenti tal-Viola, bdew taħditiet mal-aġent Mino Raiola sabiex Bonaventura jmur jilgħab fi Stadio Artemio Franchi. Skond il-coach, Giuseppe Iachini, Bonaventura huwa dak il-player li jipprovdi versatilitá fl-irwol tiegħu, esperjenza u jinsab disponibbli minħabba li ntemmlu l-kuntratt mar-Rossoneri.

Bonaventura għandu 31 sena u lagħab 155 logħba għal Milan filwaqt li skorja 30 goal. Fil-passat lagħab ukoll ma’ Atalanta, Pergocrema u Padova.

Share With: