Fiorentina wara Luca Pellegrini

Sar magħruf b’mod uffiċjali li d-difensur xellugi Taljan, Luca Pellegrini, se jħalli lil Juventus biex jingħaqad ma’ club ieħor. Il-player ma kienx fl-iskwadra li sejjaħ il-coach Andrea Pirlo fir-rebħa li kellhom kontra Sampdoria bl-iskor ta’ 3-0 fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet. 

Fiorentina qed iħarsu sew lejn il-progress ta’ dan il-player li qatt ma kellu ċ-ċans jilgħab logħba waħda ma’ Juventus minħabba li matul l-istaġun li għadda kien misluf lil Cagliari. Mat-tim mill-gżira ta’ Sardenja huwa lagħab 24 partita iżda ma skorja l-ebda goal. 

Sadanittant il-coach ta’ Fiorentina, Giuseppe Iachini, jogħġbuh il-kwalitajiet ta’ Pellegrini u jarah bħala ideali fl-iskema tattika tiegħu.

Share With: