Fir-Renju Unit: “Kont nemmen li l-COVID-19 hija ħmerija … Issa ma nafx jekk m’iniex se nirkupra”

Raġel ta’ 29 sena li kien jemmen li l-pandemija kienet biss ħmerija qed iħeġġeġ lil kulħadd biex jieħu l-virus b’serjetà permezz ta’ filmat mit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Chris Grailey mir-Renju Unit jinsab rikoverat fl-Isptar Ġenerali ta’ Watford wara li rriżulta pożittiv għall-Covid-19. Huwa qal li “ħallas il-prezz” wara li ħaseb li kien “invinċibbli” quddiem dan il-virus.

Ir-raġel spjega li hu kien minn ta’ quddiem li emmen li ma kellux x’jinkwieta peress li ma kienx ibati minn kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri iżda issa mhux ċert jekk huwiex se jirnexxielu jirkupra,

Fil-filmat li xxandar fuq is-siti soċjali huwa qal li ġie infettat waqt li kien f’Tenerife u ma kienx liebes il-maskra.

Huwa temm jgħid li hu ħallas qares għall-fatt li ġie jaqa’ u jqum mill-pandemija u għalhekk ma jixtieqx li ħaddieħor jiġrilu l-istess.

Share With: