“Fix-xhur li ġejjin il-Covid-19 tkun ħaġa tal-passat” – Robert Abela

Il-Prim Ministru Robert Abela iddikjara li fix-xhur li ġejjin il-Covid19 tkun ħaġa tal-passatu esprima l-konvinzjoni tiegħu li pajjiżna se jirnexxielu jegħleb il-kriżi li ħolqot madwar id-dinja din il-pandemija.

Huwa saħaq dan waqt li kien qed jindirizza konferenza onlajn organizzata mill-Malta Chamber of SMEs li fiha intervjena wkoll il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.

Abela irrefera għall-kwistjoni dwar l-edukazzjoni u l-ftuħ tal-iskejjel fejn semma kif ix-xhur li ntilfu mhux se jiġu rkuprati u nsista li ma nistgħux nitilfu aktar jiem mill-edukazzjoni.

Dwar il-qasam tan-negozju qal li l-Gvern se jibqa’ jgħin lin-negozji u waqt li sostna li mhux iħares lejn miżuri ta’ awsterità fakkar kif il-ġid li nħoloq matul l-aħħar snin qed jintuża biex jinħoloq il-ġid.

Abela innota li kuntrarjament għal pajjiżi oħra l-qgħad f’Malta qed jonqos u saħaq li l-pajjiż għandu biżżejjed riżorsi u finanzi biex joħroġ minn din is-sitwazzjoni.

Share With: