Fl-Iskozja se jiftħu l-grounds għal 300 spettatur

L-FA  Skoċċiża ddeċidiet li tiftaħ il-bibien tal-istadia fil-pajjiż. Din id-deċiżjoni ttieħdet flimkien mal-Gvern u l-awtoritajiet tas-saħħa tal-pajjiż. Dan il-pass sar ukoll biex il-partitarji jkollhom iċ-ċans jaraw lit-timijiet favoriti tagħhom bil-protokoll kollu miftiehem u b’miżuri ta’ mitigazzjoni importanti.

B’hekk il-logħbiet li se jsiru fi tmiem din il-ġimgħa, jiġifieri, Aberdeen v Kilmarnock u Ross County v Celtic se jkunu jistgħu jiġu segwiti biss minn 300 spettatur.

L-assoċjazzjonijiet Ewropej qed jippruvaw jaddattaw normalitá ġdida fejn għall-inqas ikun ammont żgħir ta’ spettaturi wara li għal dawn l-aħħar ħames xhur il-logħbiet domestiċi u internazzjonali intlagħbu kollha bil-bibien magħluqa. 

Share With: