Fondi Spanjoli lill-Open Arms? … L-MEP Alex Agius Saliba jistaqsi fl-Unjoni Ewropea

Il-kwistjoni marbuta mal-organizazzjoni non governattiva Open Arms, organizazzjoni li għandha bastiment li jsalva l-immigranti miċ-ċentru tal-Mediterran issa spiċċat quddiem il-Kummisssjoni Ewropea. Dan hekk kif id-Deputat Parlamentari Ewropew Malti, Alex Agius Saliba staqsa lill-Kummissjoni Ewropea u anke lil MEP’s Spanjoli għadd ta domandi.

Dawn id-domandi saru wara li Neville Gafa, kien għamel diversi mistoqsijiet fuq is-sit soċjali tiegħu u ħeġġeġ lill-MEP’s Maltin biex jagħmlu dawn id-domandi.

Neville Gafa kien kiteb li “issa li l-Membri Parlamentari Ewropej rritornaw Brussell, inħeġġeġ lil MEPs Maltin  iqajmu dawn il-mistoqsijiet lill-kollegi tagħhom Spanjoli:

– Jistaqsuhom  jekk hux minnu li hemm diversi investigazzjonijiet miftuħa fil-konfront tas-Sur Òscar Camps Gausachs, fundatur tal-NGO “Proactiva Open Arms” mill-Ministeru tal-Iżvilupp Spanjol kif ukoll mill-awtoritajiet Marittimi Spanjoli.

– Jistaqsuhom  jekk hux minnu li hemm “files” miftuħa kontra s-Sur Òscar Camps Gausachs, fundatur tal-NGO “Proactiva Open Arms”, mill-Ministeru tal-Intern, “Gwardia Civil”, “Policia National”, Pulizija tal-Immigrazzjoni u d-Dwana Spanjola.

– Jistaqsu  jekk il-“Proactiva Open Arms” hux qed tingħata sussidju mill-Gvern Spanjol, u jekk iva, kemm qed tingħata kull sena.

Il-Gvern Spanjol qed jissusidja l-“Proactiva Open Arms” sabiex tkun tista’ tibqa’ topera. Dan b’detriment għal Malta. 

Il-poplu Malti għandu dritt ikun jaf liema gvernijiet Ewropej qed jaħdmu kontrih, u fl-istess waqt jiġġieled sabiex Malta ma tispiċċax kamp tar-refuġjati”, kien sostna Gafa.

Share With: