Francesco Acerbi se jġedded ma’ Lazio

Wara li jumejn ilu aċċertaw mit-tiġdid fil-kuntratt tal-attakkant Ciro Immobile, Lazio jinsabu viċin li jiftehmu mad-difensur tagħhom Francesco Acerbi li wara laqgħa li kellu mad-direttur sportiv Igli Tare, iddeċieda li jista’ jiffirma estensjoni fil-kuntratt tiegħu wkoll.

Bħalissa d-difensur ta’ 32 sena għandu ftehim sas-sena 2023 iżda wara l-aħħar wirjiet li kellu mal-Biancocelesti, id-diriġenti tal-club riedu jassiguraw ruħhom li jżommuh għal iktar snin magħhom. 

Acerbi se jkun qed jiżdiedlu s-salarju tiegħu għal €3.5 miljun. Huwa ilu ma’ Lazio sa mis-sena 2018 fejn lagħab 73 partita u skorja ħames goals. Fil-karriera tiegħu huwa lagħab ukoll ma’ diversi timijiet fosthom Pavia, Reggina, Genoa, Chievo, Milan u Sassuolo. 

Share With: