Francesco Totti lura ma’ Roma?

L-ex player internazzjonali Taljan, Francesco Totti, jemmen li huwa se jirritorna ma’ Roma xi darba jew oħra għalkemm ammetta li ma kellux kuntatt mas-sid il-ġdid tal-klabb.

Totti ġie mneħħi b’mod kontroversjali mid-diriġenti tal-Giallorossi wara 25 sena ta’ servizz bejn iż-żmien li kien jilgħab magħhom u l-perjodu li qatta’ fl-amministrazzjoni tal-klabb mill-belt kapitali Taljana.

Totti qal li jinsab ħerqan biex jitkellem madwar mejda mas-sid il-ġdid, Dan Friedkin, u jsibu xi kompromess biex hu  jirritorna mal-club li tant iħobb.

Il-player li rebaħ it-Tazza tad-Dinja mat-team nazzjonali Taljan fl-2006 qal li qalbu għadha tħabbat għal Roma u tkun xi ħaġa naturali li kif isib iċ-ċans jerġa’ jidħol magħhom.

Totti lagħab 619-il partita mal-Giallorossi u skorja 250 goal.

Share With: