Franċiż fil-periklu tal-mewt wara li jaqa’ madwar sular f’San Ġiljan

Franċiż ta’ 23 sena residenti s-Swieqi ttieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei wara li sofra xi ġrieħu f’San Ġiljan. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.00 a.m. fi Triq Santu Wistin.

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post fejn irriżulta li għal xi raġuni r-raġel waqa’ għoli ta’ madwar sular.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lir-raġel li wara ttieħed l-Isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa kien iċċertifikat li kien jinsab fil-periklu tal-mewt.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Share With: