Fred bejn Galatasaray u Roma

Wara l-akkwist ta’ Donny Van de Beek, il-futur tal-player ta’ nofs il-ground ta’ Manchester United, Fred, jinsab imdendel. Dan il-player Brażiljan jaf li postu mhux se jkun ċert u din il-ħaġa qed tinkwetah ħafna. Meta kien qed jitkellem mar-rappreżentant tiegħu, ġie nnotat li l-aħjar soluzzjoni hija li jfittex avventura ġdida x’imkien ieħor.

Diversi clubs Ewropej innotaw dan kollu u kitbu uffiċjalment lir-Red Devils biex jiksbu l-firma tiegħu. Wara li jumejn ilu kien hemm Galatasaray li tħajru għalih, issa daħlu wkoll AS Roma li l-coach, Paulo Fonseca, jarah ideali fl-iskema tattika tiegħu.

Il-Giallorossi qed jaħsbu biex jieħdu lill-player b’self biex forsi jitħajru jixtruh fl-istaġun ta’ wara. Madankollu Manchester United qed jittamaw li jbiegħuh aktar milli jagħtuh b’self.

Ir-relazzjonijiet bejn it-team mill-belt kapitali Taljana u t-team minn Manchester huma tajbin wara li kellhom magħhom lil Chris Smalling li wkoll qed jitħajru jżommuh.

Fred lagħab 46 partita mat-team immexxi minn Ole Gunnar Solskjaer u skorja goal wieħed biss.

Share With: