Fred fir-radar ta’ Galatasaray

L-akkwist li għamlu Manchester United meta ħadu lil Donny Van de Beek mingħand Ajax Amsterdam, jista’ jwassal biex il-player ta’ nofs il-ground Fred Rodriguez de Paula jitlaq lir-Red Devils.

Dan tal-aħħar qed jiġi segwit mill-club Tork ta’ Galatasaray. Fred kien akkwistat mit-team minn Manchester fis-sena 2018 fejn kien sewa lill-club is-somma ta’ €59 miljun.

Huwa lagħab 46 partita mat-team immexxi minn Ole Gunnar Solskjaer u skorja goal wieħed biss.

Finalment ir-Red Devils qed jittamaw li jiksbu somma xierqa għal dan il-player wara li nefqu €40 miljun għalih.

Share With: