F’Santu Kristu … l-Afrikani ttieħdu hemm għal 12-il ġimgħa

Minn Victor Vella

“Ħal Għaxaq se jsir Marsa ieħor”. “Min jaf kif se jġibuha l-kappella ta’ Santu Kristu?”.  Dawn u ħafna kummenti oħra bdew jispikkaw fuq għadd ta’ siti soċjali, liema siti u kummenti bdew ixerrdu informazzjoni mhix veritiera li immigranti Afrikani kienu se jibdew jgħixu f’binja li hemm wara l-Kappella ta’ Santu Kristu f’Ħal Għaxaq.  Lejn l-Afrikani kienu indirizzati kull tip ta’ aġġettivi. Inewsmalta stħarrġet dwar dan u sibna li filfatt m’hemm ebda pjan biex il-binja ta’ wara l-kappella tintuża biex fiha jgħixu immigranti Afrikani. Filfatt Inewsmalta ġiet infurmata li dawk l-Afrikani. qegħdin hemm għal 12-il ġimgħa biss. Oriġinarjament kellhom jagħmlu tmien ġimgħat imma imbagħad ittawwal iż-żmien.

Infurmat li l-Afrikani ittieħdu f’dan il-post sakemm, jiġi rranġat post ieħor fejn huma kienu qed jgħixu. Mill-1 ta’ Ottubru, din il-binja mistenniija terġa’ tibda tintuża għall-irtiri. 

Il-kappella ta’ Santu Kritstu għandha  binja li sservi ta’ dormitorju magħha. Fid-dormitorju hemm tletin sodda u dawn jintużaw meta jsiru l-irtiri.

Din il-binja li hemm mal-kappella diversi drabi intużat  minn persuni Għaxqin bi bżonnijiet soċjali.  Dan bħal meta xi ħadd tinħarqlu d-dar jew anzjani li jkunu qed jirrangawlhom id-dar.

Jidher li l-Kurja u l-AWAS għamlu ftehim biex grupp ta’ tmien immigranti jmorru jgħixu hemm għal ftit żmien sakemm jirranġawlhom id-dar li qed jgħixu fiha.   Kuntrarjament għal dak li beda jingħad, l-immigranti m’għandhomx aċċess għall-kappella. 

Is-Sindku ta’ Ħal Għaxaq, Darren Abela meta kkuntattjat minn inewsmalta qalilna li “din  il-kwistjoni qiegħda se tkun diskussa f’laqgha tal-kunsill. Ma nistax nitkellem għal kunsill, imma nista’ nitkellem ghalija. Jien bħala sindku tajt l-informazzjoni kollha lill-kunsilliera. il-ftehim sar bejn il-Knisja u Awas. Il-kunsill m’għandux aċċess u lanqas għandu dritt jidħol f’dan, għax il-kappella u l-binja  huma post privat u l-kunsill ma jistax jieħu deċiżjoni dwar dan. Bħala kunsill konna infurmati xi tliet ġimgħat ilu  imma kien hemm assigurazzjoni li dawn kienu hemm temporanjament.”

Tenna li “bħala sindku nifhem ir-rabja tan-nies li ħasbu li dormitorju se  jinbidel f’ċentru ta’ detenzjoni. L-artikli ta’ Ċertu portals kienu ta’ informazzjoni ħażina. La ħadd ċempel lill-kunsill jew kappillan imma iddecidew li jiktbu li jridu. Dawn huma l-istess portals li għajru lill-Kniija li mhix iżżomm l-immigranti ghandha. Issa għax qed iżżommhom qed joġġeżżjonaw. Jien li kieku dak l-artiklu hu veritier jien kont ninkwieta li Ħal Għaxaq jiġi ċentru għal immigranti. Jien kont noġġezzjona. L-informazzjoni li nħarġet kienet skorretta. L-artiku kien miktub biex jallarma l-poplu.”

Share With: