Ftit ġimgħat wara li splodew mħażen f’Bejrut … maħżen taż-żejt u t-tajers jieħdu n-nar

Proprju ftit tal-ħin ilu fil-port ta’ Bejrut reġgħet inħolqot kommosssjoni sħiħa u dan hekk kif dehret daħna kbira fil-port. L-aħħar inċident kien jinkludi maħżen taż-żejt u t-tajers li ħa n-nar.

Fil-post issejħu numru ta’ uffiċjali u vetturi tat-tifi tan-nar kif ukoll ħelikopters tal-armata li mistennija jagħmlu l-parti tagħhom ukoll f’din l-operazzjoni.

Dan wara li madwar xahar ilu, splodew diversi mħażen li qerdu parti sostanzjali mill-port u ħallew aktar minn 170 vittma u darbu aktar minn 6,000 persuna.

Share With: