Futur imċajpar għal Dele Alli

Il-futur tal-player ta’ nofs il-ground ta’ Tottenham Hotspur, Dele Alli, huwa wieħed inċert. Dan il-player ta’ 24 sena tħalla barra mill-iskwadra ta’ Spurs li l-bieraħ lagħbu fil-UEFA Europa League kontra Lokomotiv Plovdiv.

Minkejja li l-player jinsab f’kundizzjoni tajba, Mourinho naqas milli jgħajjatlu u dan il-fattur dejjaq ħafna lil Alli.

Fl-ewwel logħba li Tottenham lagħbu u li tilfu kontra Everton fil-kampjonat Ingliż, Alli ġie mibdul fi tmiem l-ewwel taqsima.

Bosta osservaturi tal-football Ingliż qed jgħidu li l-player ftit fadallu futur ma’ Tottenham. Hemm min qed jgħid li hu qed jissemma’ li jista’ jingħaqad ma’ Real Madrid fi Spanja.

Alli ilu ma’ Tottenham sa mis-sena 2015 fejn lagħab 157 partita u skorja 50 goal.

Share With: