Futur inċert għal Sami Khedira

Jidher li dawn se jkunu l-aħħar ġranet li Sami Khedira se jkun qed iqatta’ fil-belt ta’ Turin u ma’ Juventus.

Fil-fatt bil-għan li jinqatgħu ċerti spejjeż żejda, id-diriġenti Bianconeri qed jaħsbu sabiex jiltaqgħu mal-player u eventwalment itemmu l-kuntratt li għandu magħhom sena qabel.

Khedira wasal fl-Allianz Stadium b’xejn mingħand Real Madrid ħames snin ilu u minn dakinhar lagħab 145 partita mal-Bianconeri. B’xorti ħażina, huwa kien wieqaf għal diversi ġimgħat minħabba injuries persistenti li kien qed ikollu.

Mhux magħruf x’se jkun il-futur tal-player li jekk itemm il-kuntratt tiegħu mal-Bianconeri, ikun jista’ jingħaqad ma’ min irid.

Share With: