Fyodor Zammit jinħatar viċi-president ġdid tal-MFRA

Ir-referee internazzjonali Fyodor Zammit inħatar bħala l-viċi-president il-ġdid tal-Malta Football Referees Association.  Huwa jieħu post il-kollega tiegħu Trustin Farrugia Cann, li ftit ġimgħat ilu kien elett bħala l-president tal-MFRA waqt Laqgħa Ġenerali Straordinarja.

Fyodor Zammit ilu fuq il-Panel tal-FIFA mill-2016 u fl-aħħar snin stabbilixxa ruħu bħala wieħed mill-aħjar referees f’pajjiżna.

 Fl-istaġun li għadda Fyodor Zammit kien membru fil-kumitat eżekuttiv tal-MFRA u kien responsabbli għar-relazzjonijiet pubbliċi tal-Assoċjazzjoni.

Share With: