Ġardinar u ibnu jiskopru skeletru ta’ familja li jmur lura 7,000 sena għaż-żmien Neolitiku

Fir-Russja, fil-belt ta’ Zelenkhoz, fir-Reġjun ta’ Buryatia, ġardinar flimkien ma’ ibnu għamlu skoperta li żgur qatt ma stennew li jagħmlu. 

Waqt li kienu qed iħaffru fossa tal-kompost, Alexey Agoshkov u ibnu sabu skeletru ta’ familja sħiħa li jmur lura 7,000 għaż-żmien Neolitiku. Jidher li Agoshkov għandu esperjenza mhux ħażin f’dan il-qasam hekk kif fil-passat xogħlu kien li jfittex għal fdalijiet f’oqbra li kienu użati fit-Tieni Gwerra Dinjija. 

Skont arkeoloġisti Russi, din l-iskoperta tista’ tkun biss parti minn ċimiterju kbir li hemm fiż-żona ta’ dan il-villaġġ. 

Share With: