Gareth Bale jqatta’ l-aħħar lejl f’Madrid

Dik tal-bieraħ kienet ġurnata partikolari għall-attakkant internazzjonali minn Wales, Gareth Bale, hekk kif qam għall-aħħar darba fid-dar li għandu f’Madrid. Il-player ta’ 31 sena se jitlaq lil Real Madrid wara seba’ snin li fihom skorja 80 goal f’171 partita.

Jumejn ilu, il-player minn Wales sellem lill-eks kollegi tiegħu li min-naħa tiegħu awgurawlu kull suċċess fl-avventura tiegħu ma’ Tottenham Hotspur. Huwa se jmur Londra sabiex jiffirma dan il-kuntratt fejn għalih se jkun ritorn ma’ dan il-club li tant tah opportunitajiet fil-bidu tal-karriera tiegħu.

Il-partitarji ta’ Spurs għandhom entużjażmu kbir għar-ritorn ta’ dan il-player fejn baqgħu jiftakru l-mumenti sbieħ li ġiegħlhom jgħixu.

Min-naħa tiegħu, Bale jinsab ħerqan biex jilgħab football regolari hekk kif f’dawn l-aħħar xhur ftit kien qed jiġi użat mill-coach ta’ Real Madrid Zinedine Zidane.

Share With: