Gareth Southgate jista’ jsejjaħ lil Harry Maguire f’Ottubru

Wara dak kollu li nqala’ matul ix-xahar li għadda fejn il-captain ta’ Manchester United Harry Maguire ġie arrestat fil-Greċja fuq inkwiet li qala’ huwa u żewġ persuni oħra, tkellem il-coach tal-Ingilterra Gareth Southgate li qal li se jkun qed jevalwa l-imġieba ta’ dan il-player fil-jiem li ġejjin.

Huwa qal li jekk Maguire juri li verament nidem minn dak li għamel u jieħu l-affarijiet bis-serjetá, lest li jerġa’ jsejjaħlu għal-logħbiet internazzjonali li l-Ingilterra għandha f’Ottubru mill-UEFA Nations League.

Southgate sostna li bħalissa l-player għandu bżonn jirrifletti ta’ għemilu u jaħdem qatigħ sabiex jerġa’ jġib ir-reputazzjoni tajba li kellu. 

Share With: