Georgino Wijnaldum se jitlaq lil Liverpool

Liverpool huma ħerqana biex jirrilaxxaw lill-midfielder, Georginio Wijnaldum.

Dan il-player Olandiż ta’ 29 sena, ilu mar-Reds sa mis-sena 2016 u lagħab 141 darba filwaqt li skorja 14-il goal. 

L-għan tal-club minn Merseyside huwa li jbiegħ lil dan il-player lil Barcelona li min-naħa tagħhom jinsabu interessati fih, partikolarment il-coach il-ġdid Ronald Koeman.

Dan jista’ jkun il-ħames club għal Wijnaldum wara li fil-passat lagħab ukoll ma’ Feyenoord, PSV Eindhoven u Newcastle United.

Barcelona qed ifittxu midfielder ġdid hekk kif jidher imminenti li Arturo Vidal se jingħaqad ma’ Inter.

Share With: