Giorgia Mae bħal tfal oħra qamet ħerqana għall-ewwel jum ta’ sena skolastika ġdida
Mart il-Prim Ministru, Lydia Abela fl-aħħar ħin fuq il-profil tagħha kitbet tgħid li dalgħodu binthom Giorgia Mae qamet ħerqana għall-ewwel jum ta’ sena skolastika ġdida.
Hija żiedet tgħid li bħat-tfal kollha ta’ Malta u Għawdex, ilha nieqsa mill-iskola għal sitt xhur u għalhekk qed tħares ’il quddiem biex terġa’ tiltaqa’ mal-ħbieb tagħha u flimkien ikomplu bl-esperjenza tat-tagħlim li joffru l-għalliema ddedikati tagħna.
Dalgħodu Giorgia Mae qamet ħerqana għall-ewwel jum ta’ sena skolastika ġdida.Bħat-tfal kollha ta’ Malta u Għawdex,…
Posted by Lydia Abela on Monday, September 28, 2020