Ġuvni u tfajla arrestati wara sejba ta’ droga

Ġuvni u tfajla ġew arrestati f’ħidma oħra kontra t-traffikar kontra t-traffikar u l-pussess tad-droga. Wara diversi jiem t’osservazzjoni, ilbieraħ f’Bormla, l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga arrestat lill-ġuvni ta’ 29 sena u lit-tfajla ta’ 28 sena, li dehru jaġixxu b’mod suspettuż waqt li kienu f’vettura. Il-Pulizija avviċinaw liż-żewġ persuni u saret tfittxija fuqhom u fil-vettura. 

Waqt it-tfittxija, fil-vettura nstabu diversi pakketti b’sustanza suspettata droga kokaina, eroina u crack.  

Dwar il-każ infetħet Inkjesta Maġisterjali, immexxija minn M. Farrugia li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta Maġisterjali. 

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja filwaqt li l-ġuvni mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.

RITRATT: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta

Share With: