Ħabel Bellu mhedded ukoll … raba’ verġni jridu jibdluh f’razzett tan-nagħaġ

Raba’ verġni fl-inħawi magħrufa bħala Ħabel Bellu bejn ir-Rabat u Ħaż-Żebbuġ,  liema żona hi barra miż-żona ta’ żvilupp, jinsab mhedded  minn proposta ta’ żvilupp. Din il-proposta qed titlob biex f’żona agrikola mdaqqsa jinbena razzett tan-nagħaġ. Tajjeb wieħed ifakkar li fil-Wied tal-Bidnija, ftit xhur ilu kien inqalgħet kontroversja minħabba l-binja ta’ żewġ sulari  li se tintuża ukoll biex fiha jitkabbru n-nagħaġ.

Bdiewa fiż-żona, f’kummenti lil inewsmalta qalulna li “bl-iżvilupp ta’ dan ir-razzett , jekk dejjem jinħareġ il-permess se jkun ifisser li din iż-żona titħassar. Din tinsab barra miż-żona ta’ żvilupp. Kif f’żoni simili qed jiġu proposti dawn it-tip ta’ proġetti?  Naraw li din l-applikazzjoni hi ta’ theddida għal din iż-żona agrikola”.

Share With: