Ħabta bejn tliet karozzi fiż-Żejtun… Sewwieq isofri ġrieħi gravi

Raġel ta’ 49 sena residenti Ħaż-Żabbar, ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut  f’inċident tat-traffiku.  

Kienu għall-ħabta tad-9:00 a.m, x’ħin il-Pulizija ġiet infurmata li  seħħet kollużżjoni fi Triq Alfredo Cachia Żammit, iż-Żejtun.  

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari  li saru rriżulta li r-raġel kien qed isuq vettura tat-tip Opel Corsa meta għal xi raġuni tilef  il-kontroll u kellu impatt ma’ Ford Fiesta u Nissan Qashqai li kienu pparkjati.  

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar  Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.  

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Share With: