Ħames snin ħabs fuq traffikar ta’ tliet nisa Ċiniżi għall-prostituzzjoni

Lin Han, mara ta’ 39 sena mwielda ċ-Ċina residenti l-Ħamrun, kienet ikkundannata ħames snin ħabs effettivi, flimkien mas-sekwestru ta’ €24,000 li nstabu fil-proprjetà tagħha, wara li nstabet ħatja li għamlet qligħ b’qerq billi ttraffikat tliet nisa Ċiniżi għall-prostituzzjoni.

Kien fl-2013 li Han tressqet l-ewwel darba il-Qorti, akkużata li l-Honey Girl Beauty Spa (li hija kienet tmexxi) kien joffri servizz ta’mssage, flimkien ma’ numru ta’ “extras” għal ħlas addizzjonali.

Il-Qorti semgħet kif il-klijenti kienu l-ewwel suġġett għal servizzi ta’ maassage, wara ftit minuti huma kienu jsaqsu lill-klijenti b’mod ta’ sinjali, minħabba li ma jitkellmux bl-Ingliż, joffrulhom servizzi ta’ sess jew masturbazzjoni. Il-persuna dak il-ħin imbagħad kienet tingħata l-flus, toħroġ il-barra u tirċievi s-servizzi sesswali.

Il-Pulizija tennew li fit-3 taa’ Frar, huma kienu esegwixxu mandat ta’ tfittxija fuq l-oħrajn sabu numru ta’ kontraċettivi, vibrator u anke numru ta’ condoms, kif ukoll tliet persuni li. kienu qegħdin jaħdmu fil-post.

Fil-vettura tal-akkużata, instabu wkoll xejn inqas minn 92 condom, li allegatament kienet ta’ sikwit tagħti lill-vittmi. Waqt l-interrogazzjoni tagħha mill-Pulizija, Lin għall-ewwel sostniet li hija kienet biss ir-receptionist fin-negozji, però sussegwentament jirriżulta li hija kienet azzjonista fi ħdan il-kumpanija.

It-tliet nisa kienu ġew Malta fuq wegħda li huma kienu se jaħdmu biss biex jagħtu l-massaġġi, u li ma kinux jafu minn qabel li kien se jkollhom joffru wkoll servizzi sesswali oħra.

Waħda min-nisa vittmi sostniet li hija kienet iffirmat kuntratt ta’ impjieg, li kien joffri paga mensili ta’ €750, iżda eventwalment s-sidien tan-negozju qalulha li l-kuntratt kien biss għall-Gvern. Għal massaġġi tħallset 25% tal-ammont mitlub, filwaqt li għal servizzi sesswali Lin Han kienet iżżomm nofs il-flus u lil Han tagħtiha n-nofs l-ieħor.

In-nisa sostnew ukoll li l-akkużata “kienet theddidhom b’mod viżwali, u kienet tgħid li l-azzjonist l-ieħor involut fin-negozju, Tony, huwa parti mill-Mafia Maltija.” Ingħad ukoll li kontinwament kienu jhedduhom biex ma jkellmux lill-Maltin għaliex huma persuni ħżiena, u li m’għandhom jitkellmu ma’ ħadd.

Il-Maġistrat Astrid May Grima saħqet li l-akkużi kienu sodisfaċentament ippruvati, u wara li kkundannat lill-akkużata ħames snin ħabs, hija ħarġet ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tat-tliet tfajliet.

Share With: