Harry Redknapp: Wara Gareth Bale … issa morru għal Luka Modric

Skond l-ex coach ta’ Tottenham Hotspur ,Harry Redknapp, it-team minn Londra għandhom imorru għall-midfielder offensiv ta’ Real Madrid Luka Modric sabiex ikun parti mill-iskwadra għall-istaġun li ġej.

Redknapp, li llum il-ġurnata għandu 73 sena u li lagħab u mexxa lil Tottenham bħala coach, jemmen li wara li kisbu s-servizzi ta’ Gareth Bale mingħand l-istess Real Madrid, issa jmiss li  jirritorna ex player ieħor li jaf sew l-ambjent u li jista’ jgħin aktar fil-progress tat-team.

Modric lagħab ma’ Tottenham bejn l-2008 u l-2012 qabel ma ngħaqad mal-Madrileni. Ironikament Redknapp mexxa kemm lil Bale kif ukoll lil Modric fiż-żmien meta kien coach ta’ Spurs.

Bosta partitarji tal-club faħħru din l-idea brillanti ta’ Redknapp u ħeġġew lid-diriġenti sabiex jaslu għall-player Kroat.

Share With: