“Hija weġgħa li persuna li titlef ħajjitha jkollha tinħareġ b’gaffa mir-residenza tagħha” – Id-Deputat Laburista Jean Claude Micallef

Fl-aħħar sigħat id-Deputat Laburista Jean Claude Micallef serraħ ras kull min hu involut li mhux se jieqaf qabel issir ġustizzja mal-kostitwenti tiegħu.

Wara laqgħa mas-Sindku taż-Żejtun Doris Abela, intlaħaq qbil li jagħmel l-aħħar tentattiv mal-Ministru Michael Farrugia fl-interess tal-kostitwenti f’Ħal Ġinwi, Triq Xrobb l-Għagin u l-isqaqin fil-madwar. Micallef talab lill-Ministru konċernat li taħtu taqa’ l-Water Services Corporation
-Data meta se jinbeda x-xogħol għal drainage u pipelaying
-Data meta se jinbeda x-xogħol tal-asfaltar
-Kumpens għar-residenti għad-danni u l-inkonvenjent esaġerat
-Data ċara meta se jitlesta l-proġett

Huwa tenna jgħid li għalih mhuwiex dinjituż li persuna tgħix f’dan l-istat għal ammont ta’ snin, iżda agħar minn hekk persuna titlef ħajjitha u jkun hemm bżonn ta’ gaffa biex toħroġ mir-residenza tagħha.

Share With: