Hit and run f’Birżebbuġa u inċident stradali f’Ħal Għaxaq matul il-lejl

Ritratt – Inċident Birżebbuġa

Matul il-lejl il-Pulizija ta’ Malta kienet msejħa biex tassisti xi persuni li kienu nvoluta f’inċidenti tat-traffiku separati f’Birżebbuġa u Ħal Għaxaq.

Inċident Ħal Għaxaq

Raġel ta’ 29 sena ittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat- traffiku f’Ħal Għaxaq. 

Kmieni dalgħodu, għall-ħabta ta’ 12:05 a.m, il-Pulizija ġiet infurmata li seħħet ħabta fi Triq iż-Żejtun, Ħal Għaxaq u hemm persuna feruta. 

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li seħħet kollużjoni bejn karozza tat-tip Ford Fiesta misjuqa minn raġel mill-Filippini ta’ 35 sena, residenti n-Naxxar u mutur tat-tip Reiju Marathon 125 misjuq mir-raġel ta’ 29 sena, residenti Santa Luċija. 

Ix-xufier tal-mutur kien assistit minn tim mediku u ittieħed l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, il-Pulizija ġiet infurmata li r-raġel kien iċċertifkat li qed isofri minn ġrieħi gravi. 

Inċident Birżebbuga

Il-Pulizija qiegħda tfittex vettura li laqtet persuna u baqgħet sejra. Il-każ seħħ il-lejl illi għadda f’Birżebbuġa. Il-persuna milquta qiegħda ssofri minn ġrieħi serji. 

Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tan-nofsiegħa (0030hrs), il-Pulizija ġew infurmati permezz ta’ telefonata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq iż-Żurrieq, Birżebbuġa minħabba li kien hemm persuna feruta mixħuta fl-art. 

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u hemm instab raġel ta’ 69 sena residenti Birżebbuġa b’diversi ġrieħi. 

Għaldaqstant, fuq il-post issejaħ tim mediku u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għal iżjed attenzjoni medika. Hemmhekk, hu ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura serja. 

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Yana Micallef Stafrace LL.D, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha. 

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-istħarriġ sabiex tiġi stabbilità d-dinamika tal-każ, li qed jiġi ttrattat bħala hit and run. 

Kull min għandu xi informazzjoni li tista’ tgħin fl-investigazzjonijiet huwa mħeġġeġ jgħaddiha lill-pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numru 119 jew 2122 4001. 

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet għaż-żewġ każi.

Share With: