Houssem Aouar ma’ Arsenal?

Il-midfielder  ta’ Olympique Lyon, Houssem Aouar ,jixtieq imur jilgħab fil-Premier League Ingliż ma’ Arsenal. Il-Gunners ilhom jissemmew li jistgħu jiksbu s-servizzi ta’ dan il-player għalkemm għad iridu jilħqu ftehim mal-club Franċiż fuq is-somma ta’ €60 miljun.

Aouar jixtieq jibda avventura ġdida u kemm-il darba qal li jara l-ogħla kampjonat Ingliż bħala interessanti u eċċitanti. Huwa qed jistenna konferma mingħand l-aġent tiegħu f’dan ir-rigward.

Aouar għandu 22 sena u minn dejjem lagħab ma’ Lyon. B’kollox hu deher 99 darba magħhom u skorja 16-il goal.

Share With: