Id-Dwana taqbad 49 kontejner mimlijin b’kuntrabandu u affarijiet foloz

Matul din is-sena uffiċjali tad-Dwana fil-Port Ħieles qabdu affarijiet b’kuntrabandu u prodotti foloz b’valur li huwa stmat li jlaħħaq is-€17 miljun.

L-iscanners fil-Port Ħieles kienu strumentali biex bejn Jannar u Awwissu nqabdu 49 kontejner ta’ 40 pied mimlijin b’affarjiet foloz. Il-kontejners kienu se jintbagħtu lil pajjiżi oħrajn u kienu f’pajjiżna fi tranżitu.

Fi 23 kontejner li l-kontenut tagħhom ġie katagolat mill-uffiċjali tad-Dwana nstabu:

159,779 par żarbun tal-isports; 6,910 pari ta’ żraben; 46,032 deodorant; 25,783 prodotti ta’ lbies; 9,750 qliezet ta’ taħt; 16,500 beritta; 1,828 handbag; u 1,796 tagħmir tal-awdjo.

Is-26 kontejner l-ieħior se jiġu katagolati fil-ġimgħat li ġejjin.

Id-Dwana rċeviet informazzjoni dwar 74 każ ta’ attentat ta’ importazzjoni ta’ prodotti foloz għas-suq lokali.

Share With: