Ikomplu jonqsu l-każi attivi ta’ Covid-19…

Dan wara li fiequ 63 persuna mill-virus u feġġew 37 każ ġdid

Komplew jonqsu l-każi attivi ta’ Covid-19 wara li fl-aħħar sigħat fiequ d-doppju tal-każi ġodda rappurtati.

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li matul l-aħħar 24 siegħa saru b’kollox 1,640-il swab test u minn dawn ħarġu 37 każ pożittiv. 

Mill-banda l-oħra, fiequ 63 persuna oħra biex it-total ta’ persuni mfejqa issa tela’ għal 1,690. In-numru ta’ każijiet attivi ta’ Covid-19 issa niżel għal 372. 

Sa mill-bidu tal-pandemija f’Marzu, b’kollox kienu reġistrati 2,076 każ ta’ persuni li ġew infettati bil-Covid-19, bl-ammont ta’ swab tests li saru jaqbżu l-203,777.

Intant mill-każijiet ġodda rappurtati t-Tnejn, irriżultaw żewġ każi ta’ qraba ta’ persuni pożittivi, żewġ każi ta’ trasmissjoni fuq il-post tax-xogħol, żewġ każi minn attivitajiet soċjali, żewġ każi relatati ma’ attività ta’ body building, u tliet każi li ġew f’kuntatt ma’ każijiet pożittivi.

Share With: