Il-COVID-19 ma twaqqafx liż-Żabbarin milli jagħmlu l-Pellegrinaġġ b’differenza

Tmiem il-ġimgħa għaż-Żabbarin ifisser li l-festa li għandhom tant għal qalbhom ad unur il-Madonna tal-Grazzja tkun wasslet fil-qofol tagħha. Fil-fatt matul il-jum tal-lum, is-soltu ż-Żabbarin ikunu mitlufa f’dillirju ta’ ferħ fl-isfond tal-marċi. Il-ġurnata tal-Ħadd, iż-Żabbarin iqattgħuha jiġri madwar Malta min bil-muturi u min bir-rota, kollha wara l-kwadru li jġib ix-xbieha tal-Madonna tal-Grazzja. 

Sfortunata li laqtgħet lill-maġġoranza tal-festi din is-sena kienet l-imxija tal-COVID-19, b’konsegwenza li l-festi kollha nkluż il-pellegrinaġġi tħassru għal kollox. Minkejja dan kollu, iż-Żabbarin adattaw iċ-ċelebrazzjonijiet festivi tant li lbieraħ filgħaxija minflok il-pellegrinaġġ tradizzjonali ta’ nhar ta’ Ħadd, inħareġ il-kwadra tal-Madonna tal-Grazzja segwit minn numru ta’ karozza. 

Bla dubju din l-attività ċkejkna imma sinifikanti ħarġet numru ta’ nies mid-djar tagħhom biex minn fuq l-għatba tagħhom jsellmu lil Madonna tal-Grazzja. 

Share With: