Il-GWU lesta tieħu azzjonijiet industrijali jekk ħaddiema fi kwarantina jonqsilhom il-liv tal-mard

Il-General Workers Union (GWU) qed titlob laqgħa urġenti mal-Ministru Carmelo Abela hekk kif preżentament numru ta’ postijiet tax-xogħol qed inaqqru mil-liv tal-mard tal-ħaddiema lil kull min qirgħed fi kwarantina minħabba l-COVID-19. Il-GWU qalet li hi infurmata li xi ħaddiema qed jinqelbu minn liv ta’ kwarantina għal-liv tal-mard.

Il-GWU spjegat li din “il-kwistjoni qed toħloq inkwiet u nċertezza kbira lil dawn l-impjegati.” Il-GWU kompliet tgħid li hi mhiex teskludi li tieħu numru ta’ azzjonijiet industrijali f’postijiet tax-xogħol fejn qed titħaddem din il-prassi.

Share With: