Il-każi attivi jaqbżu s-600 hekk kif ġew rreġistrati 35 każ ġdid filwaqt li fiequ 25 persuna

Minn 2,536 swab test li ttieħdu matul dawn l-aħħar 24 siegħa, irriżultaw 35 każ ġdid ta’ Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 25 persuna li rkupraw. Dan wassal biex il-każi attivi f’Malta ta’ persuni infettati bil-Covid-19 issa tela’ għal 601.

Intant filwaqt li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi tal-bieraħ jirriżulta li kien hemm 20 każ ta’ tixrid tal-virus fost qraba, żewġ każi ta’ persuna li ġiet f’kuntatt dirett ma’ każ ieħor pożittiv, żewġ każi kienu importati, 51 każ mill-cluster tar-residenza Dar San Ġużepp u tlieta minn Casa Antonia.

OFFICIAL COVID-19 figures for 17•09•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Thursday, 17 September 2020
Share With: