Il-Kunsill Lokali tar-Rabat joġġezzjona żvilupp f’Wied t’Għeriexem

Il-Kunsill Lokali tar-Rabat, issottometta oġezzjoni għal żewġ applikazzjonijiet li bħalissa hemm quddiem l-Awtorita tal-Ippjanar. Dawn huma PA4318/20 u PA 5289/20.

L-ewwel applikazzjoni, ġifieri PA4318/20, hi applikazzjoni biex titwaqqà binja li diġà hemm u terġà tinbenà l-binja u jkun hemm swimming pool, pump room, reservoir tal-ilma u ħitan tas-sejjiegħ. It-tieni applikazzjoni, ġifieri PA5289/20, hi applikazzjoni biex jinbnew stalel u faċilitajiet oħra relatati.

Bħala Kunsill qegħdin joġġezzjonaw għaliex: 

  1. Il-Wied t’Għeriexem huwa kkunsidrat ta’ natura importanti kulturali u rurali. Dan il-Wied huwa skedat minħabba l-fatt li huwa fiż-żona tal-Imdina u bħal kull żona fir-Rabat għandu preġju arkeoloġiku. 
  1. Il-Wied t’Għeriexem huwa buffer zone bejn ir-Rabat u l-Imtarfa u preċedent bħal dan jista jwassal għal aktar binjiet f’dan il-Wied.
  1. Permess għal dan it-tip ta’ żvilupp jitlob li jrid ikun hemm provi ta’ residenza, xi ħaġa li fi struttura bħal din (4318/20) ma setgħax kien hemm minħabba nuqqas ta’ servizzi infrastrutturali.
  1. Fl-applikazzjonijiet ma hemmx prova ta’ dritt li jużaw il-passaġġi komuni.
  1. Rigward l-istalel dawn għandom ikunu 100 metru ’l bogħod mil-bini u 100 metru’l bogħod min-nixxiegħa tal-ilma, xi ħaġa li din l-applikazzjoni (5289/20) qed tikser.  

Il-Kunsill Lokali Rabti qal li dawn l-oġġezzjonijiet qed isiru “biex nissalvagwardjaw l-ambjent natural ta’ dan il-Wied u ta’ Widien oħra li jinsabu fil-lokalità tagħna tar-Rabat.”

Share With: