Il-maltempata Sally tħalli 550,000 persuna bla dawl fl-Istati Unitil Tinżel 45ċm ta’ xita

Il-maltempata tropikali Sally ħalliet lil aktar minn nofs miljun Amerikan mingħajr provvista ta’ elettriku, b’xita torrenzjali u riħ qawwi jolqtu l-kosta tal-Golf Amerikana.

Hekk kif resqet mal-kosta Sally naqqset mill-qawwa tagħha, madankollu l-awtoritajiet metereoloġiċi Amerikani qed jisħqu li l-effett tal-maltempata se jkun qed jinħass l-aktar fi florida u Alabama.

Mill-inqas persuna waħda mietet kaġun tal-maltemp, b’mijiet jiġu salvati minn żoni milqutin mill-għargħar.

F’kummenti lill-aġenzija tal-aħbarijiet CNN, il-kap tad-dipartiment tat-tifi tan-nar ta’ Pensacola, Ginny Cranor, qal li l-maltempata wasslet biex niżlu erba’ xhur xita f’erba’ sigħat.

Sally hija waħda minn diversi maltempati fl-Oċean Atlantiku. F’ċerti postjiet niżlet 45 ċentimetru ta’ xita.

Share With: