Il-Ministru Silvio Schembri jikkritika d-deċiżjoni ta’ Bernard Grech li ma jibqax kwarantina

Il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri kkritika d-deċiżjoni tal-kandidat għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonlista Bernard Grech biex kompli bil-kampanja elettorali tiegħu wara li martu instabet pożittiva għall-Covid-19 u wara ftit jiem mhux se jibqa’ jsegwi l-kwrantina minħabba li huwa rriżulta negattiv għal testijiet li sarulu.

F’kumment fuq il-midja soċjali Schembri qal li kien ilu ġimagħtejn ġewwa jaħdem mid-dar, u anke kellu jħassar l-appuntamenti kollha filwaqt li jkompli jaħdem onlajn. Dan minħabba li huwa segwa struzzjonijiet mogħtija lilu mid-Dipartiment tas-Saħħa peress li qraba tiegħu kellhom kuntatt ma’ persuna li nstabet pożittiva għall-Covid-19.

Żied jgħid li minkejja li jien u l-familja tiegħu għamlu swab test li rriżulta fin-negattiv, “b’responsabilità lejn in-nies xorta għamilna 14-il ġurnata kwarantina”.

Schembri temm billi staqsa “dan huwa r-rispett lejn n-nies li għandu Bernard Grech?”

Grech min-naħa tiegħu, fi stqarrija li kien ippubblika nhar it-Tlieta li għadda, stqarr li waqt il-perjodu meta martu saret taf bil-każ pożittiv  fil-gym li tattendi hi, fejn eventwalment hija rriżultat pożittiva għall-Covid-19, huwa ma kellux kuntatt magħha.

Share With: