Il-PL isellem il-memorja ta’ Joseph Church

Il-Partit Laburista jsellem il-memorja tal-eks Kap tal-Kummissjoni Elettorali, is-Sur Joseph Church.

Is-Sur Church irtira mill-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tal-Kummissjoni Elettorali f’Lulju li għadda wara li serva f’din il-kariga sa mill-2014.

Huwa serva wkoll bħala Segretarju tal-Presidenza fi żmien il-President George Abela, kif ukoll bħala Direttur Ġenerali tas-Saħħa.

Il-Partit Laburista jagħti l-kondoljanzi sinċiera lill-qraba ta’ Joseph Church.

Share With: