Il-Port Ħieles imexxi 9,000 kontejner fuq vapur wieħed

Il-Malta Freeport Terminals illum qalet li kienet mexxiet 9,000 kontejner fuq vapur wieħed, is-CMA CGM Calcutta, operazzjoni li rat il-kontejners jitgħabbew b’rata ta’ 147 fis-siegħa. Din hija t-tieni l-akbar operazzjoni fuq vapur li żvolġiet mill-Malta Freeport Terminals.

L-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Malta Freeport Terminals, Alex Montebello, qal li din l-operazzjoni tikkonferma l-istatus tal-Port Ħieles bħala hub ewlenija fil-Mediterran li tilħaq livelli mill-aqwa ta’ ħidma.

Il-Port Ħieles riċentement investa ’l fuq minn €30 miljun f’tagħmir ġdid u matul din is-sena beda juża il-verżjoni 3.7 tas-sistema operattiva Navis N4, li se tkun qed twassal lit-terminal biex jopera fuq livell semi-awtomatiku.

Share With: