Il-Pulizija f’Birmingham bi tfittxija għal aggressur li qatel persuna u darab sebgħa oħra

Il-Pulizija għaddejja bi tfittxija għal aggressur li qatel persuna u ħalla sebgħa oħra midrubin fiċ-ċentru ta’ Birmingham.

L-ewwel aggressjoni seħħet f’Constitution Hill sakemm xi ħin wara l-aggressur vjaġġa lejn in-nofsinhar u beda jattakka persuni għall-għarrieda.

Skont il-Pulizija f”West Midlands jidher li dan l-attakk mhuwiex relatat ma’ attakk terroristiku u għaddejjin bit-tfittxija għal suspettat wieħed.

Il-Forzi tal-Ordni qed iħeġġu lill-pubbliku biex dawk kollha li għandhom xi filmat meħud mill-kameras tas-sigurtà li juru din l-aggressjoni javviċinawhom bl-informazzjoni.

Share With: