Il-vittmi tal-Covid-19 f’pajjiżna jitilgħu għal 30

Anzjana ta’ 94 sena hija t-30 persuna li mietet b’rabta mal-Covid-19. Dan kien ikkonfermat mill-Ministeru għas-Saħħa.

L-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 illum stess bħala parti minn testijiet ta’ rutina li qed isiru fid-djar tal-anzjani. Il-Ministeru għas-Saħħa qal li f’żewġ testijiet preċedenti, fid-9 u l-14 ta’ Settembru li għadda kienu rriżultaw negattivi. Hija mietet aktar kmieni llum.

Share With: