“Imħassba… il-virus għadu magħna”

Tgħid dan Dr Mary Vella, il-Kummissarju għall-Anzjani

L-aħħar imwiet li kellna f’pajjiżna b’rabta mal-Covid19, fejn rajna għadd ta’ anzjani jitilfu ħajjithom, Inewsmalta tkellmet mal-Kummissarju għall-Anzjani Mary Vella. Qaltilna li “pajjiżna, għal dawn l-aħħar xahrejn, ra żieda sostanzjali fin-numri ta’ każijiet pożittivi tal-Covid-19 fil-komunità. Dan affettwa wkoll ċertu djar tal-anzjani.Bħal Kummissarju tal-Anzjani qegħda nsegwi mill-qrib din is-sitwazzjoni u nħossni mħassba anke għax nafu li persuni akbar fl-età u dawk li jbatu minn mard kroniku huma aktar vulnerabbli.”

Tenniet li “żdiedu r-restrizzjonijiet fid-djar kollha tal-anzjani, filwaqt li wara analiżi dettaljata tas-sitwazzjoni ġew imposti diversi azzjonijiet u miżuri fosthom protokolli ibbażati fuq evidenza, residenti ġodda jew li kienu fil-komunità jinżammu għal perjodu ta’ kwarantina qabel jidħlu  f’residenza; introduzzjoni ta’ sodod ta’ kontinġenza biex issir l-iżolazzjoni għar-residenti li jinsabu pożittivi,   isaħħu l-mezzi ta’ kontroll tal-infezzjonijiet fid-djar residenzjali u jibqa’ ghaddej regolarment it-taħriġ tal-istaff fuq kif isegwi dawn il-miżuri. Allokazzjoni ta (staff to patient) u (safe bubbles) f’kull sular, ittestjar regolari ta’ residenti u tal-istaff.”

Qaltilna li “ta min isemmi illi fis-St Joseph Home tal-Fgura fejn hemm numru sostanzjali ta’ każijiet, il-Clinical Chair tal-Ġerjatrija, Dr Brian Farrugia qal li għalkemm is-sitwazzjoni hija serja, din hija kkontrollata. Huwa tenna li l-maġġoranza tal-pazjenti huma f’kundizzjoni tajba u stabbli għalkemm sfortunatament jista’ jkun hemm xi pazjenti li jinqalalhom xi kumplikazzjonijiet.”

“Ħafna mir-residenti li jgħixu fid-djar tal-anzjani qegħdin hemm għax jeħtieġu kura u attenzjoni erba’ u għoxrin siegħa kuljum u, għalkemm xi familjari jixtiequ jieħdu ħsiebhom huma stess, għal ħafna minnhom huwa diffiċli għalihom li jipprovdu din l-attenzjoni. Li tinqata’ mill-għeżież tiegħek f’dan iż-żmien tal-pandemija joħloq diffikulltajiet emozzjonali, inċertezza, biża u stress u hija sitwazzjoni diffiċli u iebsa. Hu għalhekk importanti li għandna nkomplu nżommu kuntatt xieraq bejnietna. Rigward il-komunità ngenerali nridu nifhmu lli nridu ngħixu ħajja b’normalità ġdida fejn il-virus għadu sew magħna”.

Share With: