Imniedi l-Pre-Budget Document għas-sena 2021

Il-Ministru Scicluna jisħaq li l-Gvern “qed jagħti kelma li ser jgħin lill-industrija lokali biex tibqa topera b’mod b’saħħtu”; jisħaq li l-iskemi mnedija fid-dawl tal-Covid-19 “ser ikunu iktar granulari f’din il-fażi ekonomika li ġejja”

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna saħaq li l-Gvern sejjer jibqa jagħti l-appoġġ tiegħu lilnn-negozji ż-żgħar, sa’ anke wara li tispiċċa l-pandemija tal-Covid-19. “Minkejja li l-isfond tal-baġit tal-lum mhux wieħed normali, huma ċirkostanzi bħal dawn fejn il-Gvern, flimkien mal-MCESD u mas-Soċjeta Ċivili, jridu juru l-kapaċita tagħhom biex jiffaċċjaw din il-kriżi.”

Scicluna tenna dan waqt li kien qiegħed iniedi il-Pre-Budget Document għas-sena 2021, bis-sostenibbilita ekonomiku tkun it-tema kruċjali. Il-Ministru tal-Ekonomija saħaq li l-miżuri sejrin ikollhom l-għan li jħarsu lejn l-aspett tal-likwidita fi ħdan in-negozji lokali, u biex jassigura bilanċ fil-finanzi tal-Gvern m,hekk kif il-pajjiż mistenni jgħaddi għall-fażi li jmiss tal-ekonomija fid-dawl tal-pandemija tal-Covid-19.

“Il-Gvern ser jibqa wara n-negozji, kbar u ż-żgħar. Bħalissa, huwa ż-żmien biex il-Gvern ikompli jagħti in-nifs, u l-ossiġnu ekonomniku tant neċessarji biex jibqgħu għaddejjin b’ritmu b’saħħtu. pero fl-istess ħin, għal kull spiża li sejjer jonfoq il-Gvern bħalissa, aħna konxji li mbagħad inkunu nerġgħu rridu niksbuhom lura fis-snin li ġejjin. Huwa għalhekk li rridu dejjem nibqgħu nżomm bilanċ bejn il-ħtiġijiet ekonomiċi ta’ bħalissa, u dawk tal-futur.”

Share With: