Imut jockey leġġendarju Irlandiż fl-etá ta’ 43 sena

L-isport Britanniku jinsab f’luttu bil-mewt tal-jockey leġġendarju Irlandiż, Pat Smullen, fl-etá ta’ 43 sena li tilef il-battalja kontra l-kanċer.

Smullen, disa’ darbiet champion fl-Irlanda kif ukoll rebbieħ f’diversi koros madwar l-Ewropa, ilu marid mill-2018 u minkejja li kien fit-triq tal-fejqan, f’dawn l-aħħar xhur reġgħet tfaċċat din il-marda qerrieda.

Sena wara kellu jirtira għal kollox minn dan l-isport fuq ordni medika minkejja li l-uniku objettiv tiegħu kien li jirritorna fil-korsa taż-żwiemel. Iżda saħħtu bdiet tmur lura u għaldaqstant ma kellux triq oħra ħlief li jabbanduna l-isport favorit tiegħu.

Huwa miet fl-isptar St Vincent, f’Dublin.

Share With: