Inċident ikrah fi Triq Kordin; Żewġ ambulanzi jissejħu fuq il-post

Fil-ħin li għadda seħħ inċident ikrah fi Triq Kordin, f’Raħal Ġdid. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.45 p.m., b’żewġ vetturi jkunu involuti fl-inċident.

L-impatt tant kien b’saħħtu li waħda mill-vetturi laqtet arbu fit-triq, li spiċċa maqlugħ fit-triq.

Il-korsija tat-triq fid-direzzjoni tal-Fgura kellha tingħalaq għat-traffiku, b’żewġ ambulanzi jmorru fuq il-post biex jassistu lill-persuni li kienu fil-vettura.

F’dan l-istadju għadu mhux magħruf weġġgħux xi nies f’dan l-inċident.

Share With: