Innu ġdid qabel il-logħob tal-Premier League Ingliż

Hekk kif is-Sibt ingħata bidu għall-kampjonat Premier Ingliż, it-telespettaturi u dawk kollha li segwew il-logħbiet, setgħu jinnotaw innu ġdid qabel il-bidu tal-partiti. Dan l-innu hu wieħed innovativ u movimentat li jagħti lok għal xi ħaġa ġdida li l-bord tal-Kampjonat Premier Ingliż ippropona.

Dan l-innu ġie rrekordjat f’diversi postijiet fejn fost l-oħrajn insibu Abbey Road Studios ta’ Londra. Kien il-kompożitur Brittaniku, Dave Connolly, li pproduċieh u wettaq kollaborazzjoni ma’ 83 mużiċist u tekniċi differenti. Hu għamel użu wkoll minn orkestra u kor gospel u dam disa’ xhur sakemm ġabar u għaqqad il-prodott finali.

Dawk kollha dilettanti tal-football Ingliż laqgħu b’approvazzjoni dan l-innu li jfisser stil ġdid li jimxi maż-żminijiet tal-lum.

Share With: