Inter ikomplu jippjanaw is-suq tat-trasferimenti

Inter qed jisimgħu offerti minn diversi clubs għal bosta players li jinsabu fil-lista ta’ dawk li se jitilqu waqt dan is-suq tat-trasferimenti tas-sajf.

L-istess rapport jgħid li d-diriġenti Interisti huma lesti li jneħħu diversi players li għandhom fl-iskwadra bl-eċċezzjoni ta’ Romelu Lukaku, Alessandro Bastoni, Nicolo Barella u Stefan De Vrij li huma kkunsidrati bħala importanti fl-iskwadra tal-coach Antonio Conte. Sadanittant kien hemm każ fejn Barcelona bdew jirsistu bil-qawwa kollha għal De Vrij iżda d-diriġenti Nerazzurri  rrifjutaw kull tip ta’ avvanz. 

Inter spiċċaw fit-tieni post tal-klassifika tas-Serie A Taljana, punt biss taħt iċ-champions Juventus u qed jimmiraw li matul l-istaġun li se jibda fi tmiem il-ġimgħa d-dieħla jkunu l-protagonisti prinċipali.

Share With: